Hello Poetry
Submit your work and get some sparkles! Create free account
"mhux" poems
Ma Inħobbok Mhux dejjem naraw għajn b’għajn Imma nħobbok Naf li dejjem pruvajt mill-aħjar li stajt Biex tagħtini dak li int qatt ma ngħatajt Imma sfortunatament mhux dejjem irnexxilek Il-Mulej mhux dejjem provdilek Jien qatt m’għidtlek meta nqasstni Meta bin-nuqqas tiegħek warrabtni Qatt ma ridt niksirlek qalbek U ngħidlek li ħadd mhu qed jisma talbek Imma iva Ma, Weġġgħajt Għaddejt minn ħafna u int ma taf b’ xejn Alla ħares tkun taf kif u x’ fatta u fejn Bħalek Ma, Għaddejt minn dak li m’ għandu jgħaddi ħadd Ġarrabt id-dlam U bkejt fis-solitudni Imma issa Ma Sa fl-ahhar... Inħoss li sibt il-kuntentizza Inħoss li qbadt it-trejqa li qed nibni jien Ma rridx nibqa naħbilek iktar Għajjejt nigdeb u nħaref Allura għidtlek Ma flaħtx inżomm iktar U għidtlek Kienet diffiċli għax kont beżgħana Imma ridt naqsam din l-aħbar ferħana Stennejt li ser tifhimni Stennejt li xorta waħda ser tibqa tħobbni Imma Ir-reazzjoni tiegħek ma kienetx dik li stennejt Ma kienetx dik li f’ moħħi pinġejt Għalfejn Ma? Għalfejn ma tridnix? Għalfejn mhux taċċettani? Għidli Ma Lil min inħobb ma għandux jaffettwa kemm inti tħobb lili Lil min inħobb ma għandux inessik li jien xorta waħda bintek Mara offritli dak li dejjem fittixt Mara għallmitni nagħraf x’inhi l-imħabba Mara urietni kif jidher id-dawl fost id-dlam Mara qed tgħini nsir inħobb lili nnifsi Iva Ma Inħobb mara U mhux raġel Għalfejn qed tħares lejja b’ dak il-mod Ma? B’ ħarsa ta’ diżappunt B’ ħarsa ta’ diżgust Bintek għadni Ma L-istess **** li kont tgħannaq miegħek Meta kont tħoss li d-dinja qed tikrolla L-istess **** li kont tiftaħar tgħid li hi tiegħek Lil kull min taf meta tilmaħni fost il-folla Ħobbni Ma Nitolbok L-istess għadni Biss, ħrigt mill-moħba 15/10/2018
0
Dec 9, 2018
Dec 9, 2018 at 6:35 AM UTC
Lil Għażieża Ommi

Continue reading...
62
Minjaf ħajti kif kienet tkun Li kieku Missieri qatt ma telaq mill-Eġittu Li kieku Karmenu qatt ma miet Minjaf ħajti kif kienet tkun Li kieku Ommi kienet soda u tlaqna darba għal dejjem Li kieku Missieri fehem li mhux kollox kif irid hu Minjaf ħajti kif kienet tkun Li kieku Ħuti jiefqu jħarsu lejja qisni ma jonqosni xejn Li kieku Jkunu jafu x’inhu jiġri hawn ġew Minjaf ħajti kif kienet tkun Li kieku Nista ntir u naħrab minn dan kollu Li kieku Twellidt f’ familja differenti 2008
0
Dec 1, 2018
Dec 1, 2018 at 1:22 PM UTC
Minjaf