Submit your work, meet writers and drop the ads. Become a member
Julian Delia Aug 2018
M’hemm ebda mod ieħor
Li stajt niddivina, biex forsi tisimgħuni –
Bil-Malti issa qlibt, jekk forsi qegħdin tinnutawni.
L-ewwel ħaġa:
Fehmuni għalfejn għadha tezisti d-duttrina.
Akkost li xi ħadd jibgħatni nieħdu jien u nirfes il-bankina,
Ser ngħidha!

Għax ma ngħallmux lit-tfal tagħna
Jifhmu l-imħabba lejn il-proxxmu
Minflok il-liġi inuffiċjali
‘Min mhux magħna kontra tagħna?’  
Għax ma nitgħallmux niddiskutu u niddibattu,
Forsi nċedu ftit, flok dejjem nċaħħdu u nirribattu?
Forsi immexxu bl-eżempju; flok immorru sa’ tempju
Nitpaxxew b’deheb misruq u b’moħħ magħluq,
Nitgħallmu nieqfu niskappaw u nistaħbew,
Wara wiċċ imżejjen falz, jew xi metafora.

It-tieni ħaga, u għalissa nieqaf haw’:
Fehmuni għalfejn lesti li l-futur taghna ninġazzaw?
Nikkompromettu, nidħlu fid-dejn,
Il-valuri tagħna nirremettu, basta fl-aħħar tax-xahar
Jidħlulna imqar dawk l-elfejn.

Qabli hawn oħrajn li dan il-kliem diġà qaluh –
Malta m’hijiex ward u żahar u kollox ifugħ.
Anzi, l-intiena tal-korruzzjoni tqanqallek id-dmugħ.
Jien ma ġejtx hawn biex immaqdar u nitlaq,
Nixtieq li nkunu konxji u nieħdu dak li jixraq.
Jekk inti tixtieq hekk ukoll,
Mela ejja ningħaqdu, għax għandna ħafna xoghol.

__________________

­[in English]

There is no other way I could divine
To make you hopefully listen to me –
You may have noticed I switched to Maltese.
The first thing on the list;
Can someone explain why (religious) doctrine still exists?
Although this may elicit someone’s anger as I step out on the sidewalk,
I shall say it!

Why don’t we teach our children
To understand loving one’s fellow man
Instead of the unofficial law
‘Whoever is not with us, is against us?’
Why don’t we learn to discuss and debate,
Maybe concede a bit, rather than deny and rebate?
Maybe lead by example; instead of going to a temple,
Awed by stolen gold and closed minds,
Learn to stop escaping and hiding
Behind a fake, decorated face, or a metaphor.

The second thing on the list, and I’ll stop ‘ere:
Can someone explain why we’re ready to ruin our future?
Compromising, racking up debt,
Our values we are regurgitating as long as, at the end of the month,
We get a couple thousand (as in, money).

Others before me have already said these words –
Malta isn’t all flowers and roses, and not everything is fragrant.
Actually, the stench of corruption will make you cry.
I am not here to complain and leave,
I just wish we’d be aware so we can get what we deserve.
If you want this as well,
Then let us join together, for we have a lot of work to do.
A poem in my native tongue, Maltese.
SimpleWritings Dec 2018
Ma
Inħobbok

Mhux dejjem naraw għajn b’għajn
Imma nħobbok

Naf li dejjem pruvajt mill-aħjar li stajt
Biex tagħtini dak li int qatt ma ngħatajt

Imma sfortunatament mhux dejjem irnexxilek
Il-Mulej mhux dejjem provdilek

Jien qatt m’għidtlek meta nqasstni
Meta bin-nuqqas tiegħek warrabtni

Qatt ma ridt niksirlek qalbek
U ngħidlek li ħadd mhu qed jisma talbek

Imma iva Ma,
Weġġgħajt

Għaddejt minn ħafna u int ma taf b’ xejn
Alla ħares tkun taf kif u x’ fatta u fejn

Bħalek Ma,
Għaddejt minn dak li m’ għandu jgħaddi ħadd

Ġarrabt id-dlam
U bkejt fis-solitudni

Imma issa Ma
Sa fl-ahhar...

Inħoss li sibt il-kuntentizza
Inħoss li qbadt it-trejqa li qed nibni jien

Ma rridx nibqa naħbilek iktar
Għajjejt nigdeb u nħaref

Allura għidtlek

Ma flaħtx inżomm iktar
U għidtlek

Kienet diffiċli għax kont beżgħana
Imma ridt naqsam din l-aħbar ferħana

Stennejt li ser tifhimni
Stennejt li xorta waħda ser tibqa tħobbni

Imma

Ir-reazzjoni tiegħek ma kienetx dik li stennejt
Ma kienetx dik li f’ moħħi pinġejt

Għalfejn Ma?
Għalfejn ma tridnix?
Għalfejn mhux taċċettani?

Għidli Ma

Lil min inħobb ma għandux jaffettwa kemm inti tħobb lili
Lil min inħobb ma għandux inessik li jien xorta waħda bintek

Mara offritli dak li dejjem fittixt
Mara għallmitni nagħraf x’inhi l-imħabba

Mara urietni kif jidher id-dawl fost id-dlam
Mara qed tgħini nsir inħobb lili nnifsi

Iva Ma

Inħobb mara
U mhux raġel

Għalfejn qed tħares lejja b’ dak il-mod Ma?

B’ ħarsa ta’ diżappunt
B’ ħarsa ta’ diżgust

Bintek għadni Ma

L-istess b-i-n-t li kont tgħannaq miegħek
Meta kont tħoss li d-dinja qed tikrolla

L-istess b-i-n-t li kont tiftaħar tgħid li hi tiegħek
Lil kull min taf meta tilmaħni fost il-folla

Ħobbni Ma
Nitolbok

L-istess għadni
Biss, ħrigt mill-moħba

15/10/2018
This poem is written in Maltese.

— The End —