Żmien ta’ ferħ w ’nnoċenza
ta’ sempliċita u purezza
Żmien ħieles mill-inkwiet
u mżejjen bil-paċi fis-skiet
Dak li dejjem smajt
u dak li dejjem tgħallimt
Pero m’ huwiex dak li esperjenzajt
m’ huwiex dak li ngħatajt
Mingħalihom li tawni kollox
Mingħalihom li ma naqsuni f’xejn
Mur għidilhom kemm battejt
Kemm minħabba fihom soffrejt
Noħlom bi tfulija
sempliċi u pura
Nixtieq li ġejt mogħtija
bidu ta’ ħajja sura
16/04/2009
This poem is written in Maltese