Kemm hu b’ saħħtu l-baħar
Qatt ma jaqta nifsu
Bil-mewġ dejjem jiżfen
Mar-ritmu tal-kurrenti
Kemm hu b’ saħħtu l-baħar
Qatt ma jieqaf jikkumbatti
Ħadd u xejn ma jwaqqfu
Jew jibdilu d-direzzjoni
“Kemm hu b’ saħħtu l-baħar”
Ma nista naħseb xejn għajr hekk
Kemm ngħir għalih
Kemm nixtieq inkun bħalu
08/02/2016
This poem is written in Maltese.