Submit your work, meet writers and drop the ads. Become a member
Jul 2019
Ġrieħi miftuħin,
Xejn ma jrid jingħalaq.
Suppost, il-ġnus maqgħuda,
Iżda lkoll qegħdin mifruxin,
Donnu, xejn ma jrid jiċċaqlaq.

Feriti ifferoċjati bil-melħ,
Kruċjati, bla ebda sens ta’ ferħ.
U l-imħabba għal proxxmu -
Dik x’sar minnha?
Issa sibna x-xoqqa f’moxta;
Ħlifna, bit-tarf ta’ din il-pinna,
Naslu għal verità, naraw x’insarrfu minnha.

Allura, x’inhi din il-verità?
Qiegħed nassumi li hekk qegħdin tistaqsu.
M’hemmx dibattitu, ir-realtà turik,
Kollox f’ħinu, kollox f’waqtu.
Ir-risposta tiegħi hija din;
Tlifna kull sens ta’ valur,
Tlifna kull sens ta’ twemmin.

M’għadniex nemmu fil-valur tal-ħajja ta’ kullħadd.
M’għadniex nemmnu li kull azzjoni għanda impatt.
Nemmu li aħna progressivi, u Ewropej;
Jekk vera nemmnu hekk,
Lesti nħallsu għall-eċċessi u d-dejn?
Mhux dejn fiskali, iżda dejn immortali,
Id-dejn tad-demm li xxerred,
Dejn is-sudditti, dejn l-iskjavi.

In fatti, is-superjorità materjali ġejja minn hekk;
Mill-gwerer tas-slaten, u l-gideb ta’ dawn tal-ġlekk.
Daħħalna xafra disa’ pulzieri ‘il ġewwa,
Biex imbagħad ħriġniha sitta ‘il barra;
Ta’ parsi għandna l-ugwaljanza,
Għax issa jsawtuk xorta, iżda b’aktar ħlewwa.

Qabel, kellna l-ktajjen u l-forza brutali.
Issa, għandna l-kuntratti, u l-kodiċi penali,
Bil-banek jirrenjaw,
Bil-gvernijiet korporazzjonijiet statali.
Mhux ha nitlobkom temmnuni -
Nitlobkom biss teżaminaw il-fatti.
M’għandix spag x’jiġbduli;
Il-kuxjenza nadifa,
U m’għandix gideb x’ngħatti.

_______

’Open wounds’

Open wounds;
They aren’t closing.
Nations should be united,
But we are far apart,
Seems like nothing wants to budge.

Wounds, seasoned with salt,
Crucibles, with no sense of joy.
And, about that love for one’s fellow man -
What happened to that?
Now, we’ve found the perfect moment;
We’ve sworn, with the tip of this pen,
(that) We’ll get to the truth,
See what we can make of it.

So; what is the truth?
I am assuming that’s what you’re asking.
There’s no debate, reality shows you,
In due time and place, in the right moment.
My answer is this -
We’ve lost all our sense of valour,
We’ve lost all our sense of belief.

We no longer believe in the value of everyone’s life.
We no longer believe every action impacts others.
We believe that we are progressive, and European;
If we do believe that,
Are we ready to pay back our excesses and debts?
This is not fiscal debt, but rather an immortal one,
The debt of the blood that has been shed,
The debt of subjects and slaves.

In fact, material superiority stems from this;
From the wars of lords and the lies of the suits.
We’ve pushed a blade nine inches inward,
And pushed it six inches outward;
Pretending we have equality,
Just because now, they’ll still beat you, but more sweetly, more subtly.

Before, we had chains and brute force.
Now, we have contracts, and the penal code,
With banks reigning supreme,
With governments who are now state corporations.
I am not asking you to believe me -
I am asking you to examine the facts.
I have no strings, none that can be pulled;
My conscience is clean,
And I have no lies to cover up.
Dedicated to a nation full of crooks and *******.
Julian Delia
Written by
Julian Delia  24/M/Malta
(24/M/Malta)   
287
 
Please log in to view and add comments on poems