Submit your work, meet writers and drop the ads. Become a member
SimpleWritings Dec 2018
Ma
Inħobbok

Mhux dejjem naraw għajn b’għajn
Imma nħobbok

Naf li dejjem pruvajt mill-aħjar li stajt
Biex tagħtini dak li int qatt ma ngħatajt

Imma sfortunatament mhux dejjem irnexxilek
Il-Mulej mhux dejjem provdilek

Jien qatt m’għidtlek meta nqasstni
Meta bin-nuqqas tiegħek warrabtni

Qatt ma ridt niksirlek qalbek
U ngħidlek li ħadd mhu qed jisma talbek

Imma iva Ma,
Weġġgħajt

Għaddejt minn ħafna u int ma taf b’ xejn
Alla ħares tkun taf kif u x’ fatta u fejn

Bħalek Ma,
Għaddejt minn dak li m’ għandu jgħaddi ħadd

Ġarrabt id-dlam
U bkejt fis-solitudni

Imma issa Ma
Sa fl-ahhar...

Inħoss li sibt il-kuntentizza
Inħoss li qbadt it-trejqa li qed nibni jien

Ma rridx nibqa naħbilek iktar
Għajjejt nigdeb u nħaref

Allura għidtlek

Ma flaħtx inżomm iktar
U għidtlek

Kienet diffiċli għax kont beżgħana
Imma ridt naqsam din l-aħbar ferħana

Stennejt li ser tifhimni
Stennejt li xorta waħda ser tibqa tħobbni

Imma

Ir-reazzjoni tiegħek ma kienetx dik li stennejt
Ma kienetx dik li f’ moħħi pinġejt

Għalfejn Ma?
Għalfejn ma tridnix?
Għalfejn mhux taċċettani?

Għidli Ma

Lil min inħobb ma għandux jaffettwa kemm inti tħobb lili
Lil min inħobb ma għandux inessik li jien xorta waħda bintek

Mara offritli dak li dejjem fittixt
Mara għallmitni nagħraf x’inhi l-imħabba

Mara urietni kif jidher id-dawl fost id-dlam
Mara qed tgħini nsir inħobb lili nnifsi

Iva Ma

Inħobb mara
U mhux raġel

Għalfejn qed tħares lejja b’ dak il-mod Ma?

B’ ħarsa ta’ diżappunt
B’ ħarsa ta’ diżgust

Bintek għadni Ma

L-istess b-i-n-t li kont tgħannaq miegħek
Meta kont tħoss li d-dinja qed tikrolla

L-istess b-i-n-t li kont tiftaħar tgħid li hi tiegħek
Lil kull min taf meta tilmaħni fost il-folla

Ħobbni Ma
Nitolbok

L-istess għadni
Biss, ħrigt mill-moħba

15/10/2018
This poem is written in Maltese.
Julian Delia Sep 2018
Is-solitudni hija inkredibbli.
Il-pinna tirtogħod jien u nikteb,
Estensjoni tat-taħwid ta’ ġismi.
Inħossni qisni forti imwaqqa’, inaċċessibli.
Xi kultant, nitħajjar nitfa ruħi għall-irkant;
Nagħmel patt ma’ xi dB jew xi Gasan,
Jew inkella, mal-mexxej, l-aqwa negozjant.

Mhux xorta?
X’fiha billi nilqgħu il-partit f’darna?
X’jimporta?
Mhux l-aqwa li mmorru l-fosos bi ħġarna?

Iżda, mhux dak hu l-messaġġ;
Minn dil-lejla siekta, nixtieq niehu vantaġġ.
Xtaqt neżamina għalfejn ninsab waħdi;
Qiegħed id-dar b’ommi u missieri sular taħti,
Iżda, minflok ninsab hawn, magħluq f’kamarti.
Mistoħbi, bl-iskuża li qiegħed noħloq l-arti.

Sħabi kollha xogħol jew isaħħarhom xi eżami,
B’hekk, ninsab nirrifletti, b’espressjoni gravi.
Fejn tobsor, li ta’ tlieta u għoxrin
Tkun weħilt go ħabs mentali agħar minn Kordin?
Ċella magħmula mill-ħsibijiet,
Joħorgu qishom ħalba mis-smewwiet.

Tgħix b’mohh mixgħul ġo pajjiż li jħobb id-dlam
Tħossok distint daqs tazza inbid aħmar li waqgħet *** l-irham.
Xi kultant, mejjet tkun biex titfieh;
Xejn ma jirnexxilek tagħmel biex tistrieh.

_________

(in English)

The solitude is incredible.
The pen shakes as I write,
An extension of my body's agitation.
I feel like a ruined fort, inacessible.
Sometimes, I fancy putting my soul up for auction;
Strike a deal with dB or Gasan (1),
Or maybe, with our leader, the best merchant (of them all).

Is it not all the same?
So what if we let the party in our household?
What does it matter,
As long as we go to il-Fosos (2), en masse?

But, that is not the message;
Of this quiet night, I'd like to take advantage.
I wanted to examine why I'm all alone;
I'm at home, with my parents a floor below me,
Yet, I find myself here, locked in my room,
Hidden, with the excuse of making art.

My friends are either working or bewitched by an exam,
Hence, I find myself reflecting, with a grave expression.
Who would've thought, at age twenty-three
I would be stuck in a mental prison worse than Kordin (3)?
A cell made of thoughts,
That come out like a storm from the heavens.

To live with an enlightened mind in a country that loves darkness
Feels as distinct as a glass of red wine spilled on a marble tile.
Sometimes, you just wish you could switch it off;
Nothing helps to give you relief.
1 = enormous local entities that have amassed wealth through the exploitation of my country and its people.
2 = a popular spot for political mass meetings in Floriana.
3 = an area in Paola where the local prison is.
SimpleWritings Dec 2018
Minjaf ħajti kif kienet tkun
Li kieku
Missieri qatt ma telaq mill-Eġittu
Li kieku
Karmenu qatt ma miet

Minjaf ħajti kif kienet tkun
Li kieku
Ommi kienet soda u tlaqna darba għal dejjem
Li kieku
Missieri fehem li mhux kollox kif irid hu

Minjaf ħajti kif kienet tkun
Li kieku
Ħuti jiefqu jħarsu lejja qisni ma jonqosni xejn
Li kieku
Jkunu jafu x’inhu jiġri hawn ġew

Minjaf ħajti kif kienet tkun
Li kieku
Nista ntir u naħrab minn dan kollu
Li kieku
Twellidt f’ familja differenti

2008
This poem is written in Maltese.

— The End —