Submit your work, meet writers and drop the ads. Become a member
Julian Delia Sep 2018
Mingħajr flus,
La tgħannaq u lanqas tbus –
Hekk qalulna l-imgħallma tal-passat.
Nesew javżawna *** is-serq sfaċċat;
Lanqas ħasbu *** kif il-moralita’ ta’ pajjiżna spiċċat.

Qawl li jiżvela realta’ kerha;
Messaġġ li tassew iġegħlek tħares lejn il-mera.
Mingħajr flus, aqbad u insa’ d-drittijiet!
Dak li qiegħed ngħid m’huwiex sigriet;
Għall-liberta’ tal-pajjiż,
Bkew l-ommijiet, u mietu l-missirijiet.

Issa, minflok, il-liberta’ tmur għand l-ogħla negozjant.
Sadanittant, tefawha ghal bejgħ, u gidbulek;
Qalulek li għal ġid tiegħek,
Huma u jidħku bik u jdeffsu idejhom ġo butek.

Bil-flus, mela, tagħmel triq fil-baħar!
Bil-flus, ibni torri ħalli jkollok biex tiftaħar!
Mingħajr il-flus, insa’ s-saqaf *** rasek,
Ara taħseb li xi ħadd ħa jagħti kasek!
Mingħajr il-flus, ara minn fejn ha ġġib l-ikel,
Kif ħa titma lill-uliedek mingħajr ma jkollok tfittex fiż-żibel.

Bil-flus, pero’, tħabbilx moħħok;
Mill-maġġoranza tal-poplu,
Tistħix tigi alabibżobbok.
Mistoqsija waħda għad fadalli:
Gheżież antenati li ġew qabilna, li messew xtutna –
Hawn x’għamilna lilna nfusna?

__________

(in English)

Without money,
You shall receive neither hugs, nor kisses -
That's what the wise men of old said.
They forgot to warn us about shameless theft;
They didn't think about our country's morality,
In decline.

A proverb that reveals an ugly truth;
A message that forces you to really look at a mirror.
Without money, forget your rights!
What I am now saying is no secret;
For this country's liberty,
Mothers have cried, fathers have died.

Nowadays, liberty goes to the highest bidder;
In the mean time, they put it up for sale, lying to you;
They told you it's for your own good,
As they laugh and dip their hands in your pockets.

With money, then, build a road in the sea!
With money, build a tower so you'll have plenty to boast about!
Without money, forget a roof over your head;
Don't even think someone will pay attention!
Without money, figure out where food is coming from,
How you're gonna feed your kids without dipping your hands in trash.

With money, however, don't fret;
As for the rest of the population,
Do not be embarrassed to admit you don't give a ****.
I only have one question left:
Dear ancestors who came before us, who touched our shores -
What have we done to ourselves?
'Minghajr flus la tghannaq u lanqas tbus' is an ancient pearl of Maltese 'wisdom' that inspired the words you see here.
Aasif dar Sep 10
burble of the running stream,
rustle of the rushing breeze,
birds clinging to their asylum,
and here i am about to freeze:

trying not to be sun of oblivion assaying myself in some frame
death could be my reincarnation, agonising, my ardous path to fame:

IBNI RASHID
oblivios sun

— The End —